Meta ġewwa sidri jieqaf ħoss in-nifs aħħari, fis idfnuni ta' l-Ukrajna f'nofs il-ftuħ tax-xagħri, biex minn hemm nitgħaxxaq noqgħod bil-għoljiet, bl-egħlieqi, u biex nisma' x-xmara Dniper tgħajjat f'xatt għammieqi. Meta mewġ id-Dniper mgħaddba mill-Ukrajna jieħu l-aħħar qtar ta' demm l-egħdewwa li fil-blu jistrieħu, dak in-nhar lejn Alia tiegħi nitlaq minn dil-ħajja. Qabel dan jitwettaq, 'l Alla se nħallih warajja. Wara d-difna, qumu kissru l-ktajjen, mingħajr dnewwa. u 'll-ħelsien li tkunu ksibtu xarrbu b'demm l-egħdewwa. Wara, f'dil-familja ġdida, nitlob, ftakru fija; f'dal-ħelsien tinsewx turuni ħsieb ta' simpatija. |
переклав Кармель Малія